Transport Malta reġgħet fetħet l-iskema li tinċentiva x-xiri ta’ karozzi ġodda li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent
Wara s-suċċess tal-‘iscrappage scheme’ imnehdija f’Diċembru 2015, Transport Malta qed testendi għat-tielet darba din l-iskema wara li l-Gvern alloka €400,000 oħra.
Transport Malta se tkun qed tilqa’ iżjed applikazzjonijiet għal din l-iskema li ser jiġu proċessati fuq bażi ta’ min japplila l-ewwel. L-għan tal-inizjattiva huwa li jħeġġeġ iżjed nies biex jeħilsu mill-vettura antika tagħhom u jinvestu f’waħda li tniġġes anqas.
Din is-sena 1,016 vettura diġa bbenefikaw min din l-iskema b’ ammont ta’ €800,000.
Is-sidien tal-vetturi li applikaw għall-iskema kienu intitolati għal bejn €700 u €900 meta xtraw vettura M1 ġdida u fl-istess ħin jiggaraxxjaw vettura fl-istess kategorija.
Vettura M1 hija maħsuba u mibnija għall-ġarr ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq, b’livelli ta’emissjonijiet CO2 sa 130g/km, tul li ma jaqbiżx l-4460mm u liċenzjata biss għall-użu privat.
L-applikazzjonijiet għal din l-iskema jistgħu jinġabru mill-‘Vehicle Licensing Unit’ ta’ Transport Malta li jinsab fl A3 Towers, Rahal Gdid jew inkella fuq is-sit http://www.transport.gov.mt/land-transport.
L-iskema biex tinċentiva x-xiri ta’ vetturi u kwadriċikli elettriċi għadha fis-seħħ