Il-ħamis filgħodu l-Ministru Konrad Mizzi ltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew għall-klima u l-enerġija Miguel Arias Cañete. Mizzi sostna li l-Presidenza Maltija hija mibnija fuq realtá u se tkun qed taħdem biex jinkisbu riżultati tanġibbli.
Fost il-prijoritajiet, il-Ministru semma’ s-solidarjetá fil-provvista tal-enerġija u aktar ħidma biex ikollna arja aktar nadifa.
Cañete sostna li hemm bżonn ta’ iktar ħidma fuq kooperazzjoni, solidarjetá u trasparenza f’dan is-settur filwaqt li spjega li hemm numru ta’ kwistjonijiet li jistgħu jiġu ndirizzati faċilment tul dawn is-sitt xhur fosthom l-energy labelling.
Il-Kummissarju Ewropew sostna li jinsab ċert li din il-Presidenza se tkun qed twassal għar-riżultati u li huwa grat li l-effiċjenza tal-enerġija se tkun qed tingħata l-importanza neċċessarja u hija meqjusa bħala waħda mis-suġġetti ewlenien.