It-Tnejn filgħaxija Floriana FC ħabbru li ħatru lill-ex plejer Arġentin u tat-tim Nazzjonali Taljan Mauro Camoranesi bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.
Kien propju f’Mejju meta din l-paġna ħabbret b’mod esklussiv li Floriana FC kienu jinsabu f’diskussjonijiet biex jaħtru lill-ex midfielder internazzjonali Taljan bħala l-kowċ tagħhom. Camoranesi b’hekk se jkunu qed jieħu post Gianluca Atzro fit-tmexxija tat-tim Furjaniż.
F’dan r-ritratt Mauro Camorenesi, issa kowċ ta’ Floriana FC jidher mal-President tat-tim Johann Said u u mad-direttur tekniku Sean Sullivan.