L-eks ġurnalist tat-Times Ivan Camilleri seraq bejn €11,000 u €18,000 minn Supermarket fin-Naxxar.
Dan sostnieh Direttur tal-Valyou lill-editur tat-Times Herman Grech u lil dak li bħalissa huwa sospiż, id-Direttur tal-Allied Newspapers Michel Rizzo.
Rizzo u Grech għamlu siegħa jitkellmu mad-Direttur tal-Valyou Ray Mintoff u ntqal lilhom kif Camilleri seraq bosta oġġetti.
Camilleri, l-eks tat-Times kien ċaħad li seraq u fetaħ libell lil Saviour Balzan tal-Maltatoday fuq l-istorja li kien żvela dan tal-aħħar.
Balzan fetaħ libell ukoll kontra Camilleri, li akkuża lil Balzan li qed jagħmel konġura kontrih fuq inċident sfortunat.
Meta ħareġ dan il-każ, it-Times kienet iddefendiet lil Camilleri sakemm imbagħad keċċietu.
Għal Saviour Balzan u għal Malta Today dehret l-Avukat Veronique Dalli filwaqt li għal Camilleri qed jidher l-Avukat Peter Fenech.