Aġġornat minn fuq għall-isfel: Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron u l-mexxej tal-Partit Laburista Jeremy Corbyn tefgħu l-vot tagħhom tar-referendum dwar jekk ir-Renju Unit toħroġx jew tibqax fl-Unjoni Ewropea.
Il-votazzjoni fetħet fis-7a.m., ħin Ingliż u ser tkun qed tagħlaq fl-10p.m. Intant, hawn isfel jidher dak li kellhom il-ġurnali dalgħodu fil-faċċata.
Eleġibbli biex jivvutaw hemm aktar minn 46 miljun persuna, deskrit bħala rekord ta’ votanti eleġibli mill-Kummissjoni Elettorali Ingliżi. Dan huwa t-tielet referendum fuq skala nazzjonali fir-Renju Unit.
![Screen Shot 2016-06-23 at 11.29.07](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/Screen-Shot-2016-06-23-at-11.29.07.png)
Il-kampanja għal dan ir-referendum issa ilha għaddejja għal aktar minn erba’ xhur, b’numru ta’ politiċi jiffavorixxu l-kamp tar-REMAIN u oħrajn tal-EXIT.
Il-mistoqsija fuq il-karta tal-vot tgħid hekk – “Should the United Kingdom remain a member of the European Union or leave the European Union?”
Matul l-lejl inalgħu numru ta’ intoppi ukol hekk kif fil-Lvant ta’ Londra kien hemm maltemp kbir li għamlu diversi għargħar fiż-żona.
![gharghar](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/gharghar.jpg)
Minħabba l-għargħar li hemm persuna li toqgħod viċin tal-polling station ta’ Devon Way beda jsellef il-boots tiegħu sabiex in-nies jkunu jistgħu jidħlu u jitfgħu l-vot tagħhom.
Għal dan il-referendum hemm madwar żewġ miljun u mitejn elf persuna minn Wales li huma eleġibbli biex jivvutaw.
![sorijiet-UK](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/sorijiet-UK.jpg)
Is-sorijiet ukoll taw is-sehem tagħhom hekk kif għall-ħabta tal-ħdax dehru jitilqu mill-polling station f’Londra.
L-eksPrim Ministru, Tony Blair ukoll jgħid tiegħu fuq din il-kwistjoni. Fuq is-sit soċjali tiegħu, l-eksMexxej Laburista ħeġġeġ lill-poplu tar-Renju Unit biex jagħżel li jibqa’ msieħeb fl-Unjoni Ewropea.
![13530329_10205966377553089_1222559930_n](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/13530329_10205966377553089_1222559930_n.jpg)
Differenti minn polling stations oħrajn, f’Kingston il-vottanti riedu jitfgħu l-voti tagħhhom fuq karozza tal-linja li ġiet transformata f’post tal-votazzjoni (ritratt fuq).
![uk](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/uk.jpg)
Ritratti: BBC/Twitter