Ħadd ma jieħu gost jistenna speċjalment dejn jidħlu appuntamenti fi kliniċi u sptarijiet.
Kienet storja tal-gazzetta Kullħadd li żvelat kif il-bidu tas-sena d-dieħla se jara l-introduzzjoni ta’ call centre, immirat biex itejjeb is-servizz ta’ kif wieħed ikun jista’ jagħmel l-appuntament tiegħu fiċ-ċentri tas-saħħa ta’ Malta u Għawdex.
Dan ġie diskuss fil-programm PJAZZA flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-kura primarja Dr Renzo Degabriele.