Ċajta fuq il-post tax-xogħol swiet €30,000 lill-impjegat li għamilha. Żewġ ħaddiema kienu qed jaħdmu f’impjant farmaċewtiku, u wieħed minnhom nefaħ ingwanti viċin widnejn l-ieħor u nefagħhom biex jaħsdu. Il-vittma, Conrad Montebello, sofra diżabbilta u jirriżulta li kawża t’hekk baqa jisma frekwenza għolja ħafna tul, xi ħaġa li ġiet ikkunsidrata bħala diżabilità permanenti.
Neil Cilia, l-akkużat, insista li dak li seħħ ma kien xejn għajr inċident.
Iżda, il-Qorti semgħat lil xhud li kien biss ftit metri bogħod li spjega kif l-akkużat beda jidħaq waqt li l-vittma beda jibki kawża tal-uġiegħ li esperjenza.
Il-Qorti ikkonkludiet li l-kumpanija m’għandha l-ebda responsabillità minħabba li l-użu tal-ingwanti ma kienx skond il-proċeduri tal-fabbrika, filwaqt li Cilia kien ikkundanat jħallas is-somma ta’ €30,000 filwaqt li kien imġiegħel iħallas l-ispejjeż tal-Qorti.