Erba’ membri miċ-channel ta’ YouTube ‘Trollstation’ ingħataw sentenza priġunerija, b’rabta ma’ falsifikar ta’ serq ta’ oġġetti u persuni.
Dan il-grupp ta’ ħbieb Ingliżi għamlu tabirruħhom li wettqu serqa min-National Portrait Gallery ta’ Londra u li ħatfu persuna fl-2015.
Iċ-channel tagħhom għandu xejn inqas minn 718,000 subsrciber u reputazzjoni ta’ ċajt goff mhux ħażin.
Membru ieħor mill-grupp spiċċa l-ħabs ukoll wara li f’Marzu li għadda għamel ċajta, taparsi kien hemm bomba.
Il-Qorti Ingliża qalet li dan iċ-ċajt jaf jidher innoċenti għal min jagħmlu, iżda jikkawża ansjeta kbira lill-pubbliku. In-nies, irraġunat il-Qorti, għandhom dritt jgħixu ħajjithom mingħajr din it-tip ta’ biża.