Is-sezzjoni 82 tal-kodiċi kriminali tgħid b’mod ċar li kull min ixerred aħbarijiet foloz li x’aktarx jallarmaw il-pubbliku jew jiksru il-bon ordni, jew iġibu aġitazzjoni fost il-pubbliku jew klassijiet tal-pubbliku, jeħel piena ta’ priġunerija minn xahar sa tliet xhur.
Din il-liġi mhux dejjem tingħata każ.
Fittixna l-liġi fid-dawl li llum tħabbru elezzjonijiet ġenerali, partiti politiċi ġodda, is-serq ta’ sejf ta’ La Vallette, u saħansitra ċirku tal-ISIS li nqabad mill-Pulizija f’Buġibba, bir-ritratt b’kollox.
Sorsi qrib il-forzi tal-ordni qal li l-aħbar dwar l-ISIS jaf tinqabad minn mezzi tax-xandir internazzjonali, u jkollha konsegwenzi allarmisti mhux biss ful livell lokali.
Intant il-Pulizija stqarret b’mod ċar li din tal-ISIS hija biss ċajta. Mhux minnu li l-Pulizija intervjenew f’appartament f’Buġibba fejn arrestaw għaxar persuni b’konnessjoni mal-militanti Iżlamiċi. Huma qalu li dan ġara wara li koppja barranija irrapurtaw li bdew jisimgħu talb fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.