Waqt il-Cairo Water Week, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi indirizza forum dwar il-governanza tar-riżorsi tal-ilma, organizzat mill-Unjoni tal-Mediterran u mill-Unjoni Ewropea.
Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Mizzi elenka l-investiment li qed isir fis-settur tal-ilma f’Malta li għandu jwassal għal titjib sostanzjali f’diversi aspetti tal-provvista tal-ilma f’pajjiżna.
Wara dan il-forum, flimkien mal-Ministru għall-Ilma tal-Eġittu Dr Mohamed Abdel-Ati, il-Ministru Joe Mizzi attenda għall-ftuħ tal-esebizzjoni teknika dwar it-teknoloġiji fl-użu effiċjenti tal-ilma.