B’referenza għal artiklu li deher fuq The Times bit-titlu “Nexia BT ‘withheld’ information related to Mizzi, Schembri from FIAU”, Brian Tonna ċaħad li l-kumpanija Nexia BT żammet xi informazzjoni mill-awtoritajiet.Fi stqarrija hu qal li fil-verità sar il-kotra, fejn kif ġie ddikjarat diġà, il-kumpanija kkoperat bi sħiħ u se tkompli tagħmel dan. Rigward allegazzjonijiet oħra li saru fl-istess artiklu, il-kumpanija mhix se tkun qed tikkummenta dan minħabba l-kunfidenzjalità tal-klijenti u s-segretezza tal-professjoni skont dak obbligat mil-liġi, kif ukoll fid-dawl li bħalissa għaddejja inkejsta Maġisterjali.
Il-kumpanija kompliet billi ċaħdet b’mod kategoriku li għamlu xi ħaġa llegali.