Fl-aħħar 24 siegħa volontiera tal-CABS (Committee Against Bird Slaughter) osservaw u ffilmjaw każijiet ta’ kaċċa illegali fil-Busektt u Ħal Far.
Fi stqarrija tkellmu dwar erba każijiet ta’ sparar illegali lejn għasafar protett, żewġ każijiet ta’ insib illegali u s-sejba ta’ erba għasafar protetti.
CABS qalu li bieraħ kienu qed jeskortaw grupp ta’ kuċċardi biex iqattgħu l-lejl il-Buskett. Iżda għall-ħabta tas-19:20, tnejn minnhom intlaqtu f’tiri b’mod illegali fl-inħawi tal-Virtu. Inċident minnhom kien maqbud permezz ta’ filmat li ntwera lill-awtoritajiet tal-Pulizja, iżda ma sabu ‘l ħadd lil min jarresstaw wara li daru z-zona.
Minbarra li rrakkontaw dwar każijiet oħra, CABS qalu li qed jistennew lill-Pulizija jagħmlu milli jistgħu kontra dawk involuti f’dawn it-tipi ta’ reati. Qalu li f’ġimgħatejn kemm ilu miftuħ dan l-istaġun tal-kaċċa, diġa’ kien hemm aktar illegalitajiet mill-istaġun kollu tar-rebbiegħa.