Il-bżonnijiet naturali ta’ żagħżugħ Ingliż ta’ 28 minn Chester l-Ingilterra mmultawh €4,055 wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħalla l-awrina f’post pubbliku, li kien fis-sakra, li ma segwiex l-ordnijiet tal-pulizija billi rreżista l-arrest kif ukoll li kkawża ġrieħi ħfief fuq żewġ uffiċjali tal-korp.
Il-każ seħħ f’Ħamis ix-Xirka għal ħabta tad-21:30pm fi Triq il-Kwarta s-Swieqi.
L-Ingliż li jinsab Malta fuq btala ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih u skuża ruħu ta’ għemilu. Huwa ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospizi għal sena.