Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm ħareġ sejħa urġenti fuq facebook għal demm tat-tip A positive.
Is-sejħa hi waħda urġenti hekk kif hemm pazjenti fl-isptarijiet li għandhom bżonn dan it-tip ta’ demm.
Il-pubbliku jista’ jagħti d-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa kuljum, inkluż illum, bejn it-8:00 u s-18:00.
Importanti li meta wieħed jiddeċiedi li jagħti d-demm, għandu jieħu l-karta tal-identità, liċenzja jew passaport Malti miegħu.