Hawn bżonn urġenti ħafna demm A negative u demm O negative. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Dan hekk kif kien hemm emerġenza fejn intuża ħafna dan it-tip ta’ demm u r-riserva hija baxxa ħafna.
Tipi oħra ta’ demm ukoll huma ta’ bżonn.
Dawk li jixtiequ jwieġbu għal din is-sejħa huma ġentilment mitluba biex jersqu fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (inkluż il-Ħdud u l-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm, fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru ser ikun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.
Għada l-Ħadd 3 ta’ Settembru il-Mobile Blood Doantion Unit ser tkun ir-Rabat Malta s-Saqqajja mit 8.30am-1.00pm.
Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.