“Illum għandna bżonn urġenti 112 borża demm O-Positive! Il-pazjenti jiddependu minnkom biex isirulom l-operazzjonijiet u jfiequ!“
Dan huwa l-messaġġ tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Guardamangia.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Gruppi oħra tad-demm huma meħtieġa wkoll.
Is-servizz huwa miftuħ mit-8am sa 6pm.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt u Facebook page https://www.facebook.com/bloodmalta. Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313.