Iċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, ħareġ talba għall-bżonn urġenti tad-demm tat-tip O Positive.
Dan hekk kif ir-riserva tinsab f’livell kritiku, tant li jekk il-problema tkompli tippersisti se jkunu affetwati trattamenti li jsalvaw il-ħajjiet.
Intqal ukoll, li gruppi oħra tad-demm huma meħtieġa wkoll u għalhekk qed iħeġġu lil kulħadd biex min jista’, jagħti d-demm.
Iċ-Ċentru jiftaħ kuljum mit-tmienja ta’ filgħodu sat-tmienja ta’ filgħaxija, u t-trasport minn u lejn, ikun ipprovdut b’xejn.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook, https://www.facebook.com/bloodmalta.
Wieħed jista’ wkoll iċempel 80074313