Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza ta’ Finance Malta, istituzzjoni dwar is-settur finanzjarju li qed tfakkar għaxar snin mit-twaqqif tagħha.
F’diskorsu Muscat qal li l-iżvilupp finanzjarju hu mutur maġġuri f’Malta li ħoloq eluf ta’ xogħlijiet. Dan sar b’numru ta’ fatturi, fosthom mentalità li għandna ‘we get things done‘ u b’etika tax-xogħol tajba li nibtet fost in-negozji.
Fid-dawl li issa Finance Malta qed tindirizza ‘the next quantom leap‘ wara għaxar snin, il-Prim Ministru qal li l-istrateġija li jmiss għandha tkun imnebbħa mid-diġitalizzazzjoni.
Innota kif forsi nissottovalutaw l-abbiltà tagħna fuq il-pjattaforma diġitali. Fakkar li l-kabinett approva strateġija għal blockchain, li huwa database speċjali li jżomm rikordju.
Fl-istess ħin qal li l-Gvern hu kommess li jkun cryptocurrency. Dan sabiex ikun ta’ eżempju għal ġuridizzjonijiet ikbar.
Joseph Muscat wissa li issa l-pass li jmss huwa sinerġija bejn servizzi finanzjarji u t-teknoloġija. Finance Malta hi ċentrali fil-promozzjoni ta’ dan.
Il-Gvern hu kommess għal programm outreach biex Malta tkun magħrufa għal standards għoljin f’dan il-qasam. Huwa żgurat li din l-industrija hi mutur ewlieni għall-ekonomija tagħna.