Fil-Kurja dalgħodu, l-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna flimkien mal-Arċisqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqaw mal-pubbliku sabiex jagħtu l-awgurju tagħhom għal zmien il-festi.
F’messaġġ tal-okkazjoni qal kif fil-ħajja ta’ kuljum, għandna ngħixu fuq il-valuri tar-rispett u l-imħabba lejn xulxin, tal-inteġrità u l-onestà. L-Arċisqof Scicluna qal li dawn il-valuri għandhom ikunu fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, u biex persuna ma tistennix lil ħaddieħor biex jagħmel l-ewwel pass u tirrispetta dawn il-valuri.
L-Arċisqof qal fil-ħajja dejjem irridu nagħżlu li nagħmlu t-tajjeb fuq il-ħażin u fakkar kif Ġesu’ Bambin twieled fil-maxtura sabiex jurina li hu magħna u jerfa’ d-dnubietna.
Dawk li ltaqaw mal-Arċisqof Charles Scicluna u l-Arċisqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ngħataw l-Ittra Appostolika mill-Papa Franġisku fejn fiha tkellem dwar it-tifsira u l-valur tal-presepju tradizzjonali.