Għall-intervista esklussiva li għamilna ma’ Joseph Galea, li riċentament irriżenja minn kunsillier f’Ħal Balzan, irreaġixxew persuni oħra li rriżenjaw mill-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil.
Anthony Borg, li serva bħala Viċi-Sindku tal-Iklin, f’isem il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa għall-intervista ta’ Galea u qal: “Jien wkoll għaddejt minn esperjenzi bħalek meta kont Viċi-Sindku Iklin.”
Qallu li fl-aħħar elezzjoni xerrduha li m’għandhomx jivvotawlu għax “mhux magħna.” Tabone jgħid li dan kollu għax fil-kariga ta’ kunsillier kien jgħin lil kulħadd.
“Jien bħalek għamilt irriżenjajt minn kollox. Irriżenjajt minn President tal-Partit Nazzjonalista Iklin u minn assistent tas-segreterija,” kompla jikteb filwaqt li żied “bye bye tessera.”
Dan mhux każ iżolat. Erbat’ijiem ilu, Joseph Galea irriżenja b’mod uffiċjali minn kunsillier Nazzjonalista, biex issa huwa kunsillier indipendenti.
“Mentally, imkisser…li hu ċert hu li l-Partit Nazzjonalista għalija huwa ħaġa tal-passat” stqarr magħna Joseph, li mhux minnu li rriżenja minħabba ‘raġuni personali’, kif qal il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija l-għada tar-riżenja tiegħu.
Kien ilu jaħdem fil-Partit Nazzjonalista 45 sena, iżda dak li esperjenza minn erba’ snin ilu ‘l hawn ħallieh imweġġa’.