Nannuh kien żejjen din l-istatwa artistika u issa kien imiss lilu li jirrestawraha.
Fl-okkażjoni tal-150 anniversarju minn meta San Ġużepp kien ipproklamat Patrun tal-Knisja Universali, l-istatwa ta’ San Ġużepp tar-Rabat ġiet irrestawrata.
Dan l-istazzjon segwa mill-qrib dan il-proċess ta’ restawr minn membru stess tal-eqdem fratellanza f’Malta, l-Arċifonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina.
Qalilna kif kien b’xortih meta sab il-materjal li uża nannuh, l-induratur Ġużeppi Farrugia. Huwa spjega: “Iż-żebgħa kont iffortunat ukoll li vjola kien baqali l-istess trab ta’ żebgħa li kien uża n-nannu, allura ma kellix daqshekk problema biex inqabbilha. Il-kannella uża, mhux trab taż-żebgħa imma ħamrija ħamra magħġuna bil-bianket.”
Sakemm l-istatwa kienet għar-restawr ġie deċiż ukoll li tiġi rranġata n-niċċa.
Ir-Rettur tal-Arċikonfraternità spjega li se jsir pellegrinaġġ li se jfakkar dak li seħħ 130 sena ilu meta l-istatwa ngħatat lil fratellanza. Huwa fisser: “Fl-ewwel ta’ Marzu fid-9 se ssir quddies, immexxija minn Provinċjal tal-istess patrijiet Karmelitani, Patri Joseph Saliba, wara fl-10 l-istatwa toħroġ purċissjonalment mill-knisja tal-Karmelitani għal knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesu fir-Rabat.”