Bdiewa residenti l-Kolombja qalu kif kienu mwerwrin wara li oġġett li ħasbu li kien UFO ġġarraf f’għalqa.
“Beda ħiereġ xeba duħħan u ħareġ ukoll likwidu stramb ,” sostna resident tal-villaġġ San Luis.
Il-Pulizija identifikaw dan l-oġġett bħala bużżieqa tal-internet, li tintuża f’postijiet remoti biex twassal l-internet, li nħolqot minn X, kumpanija ta’ Google.
Għadu mhux magħruf x’kienet il-kawża biex wasslet għat-tiġrif ta’ din il-bużżieqa.