Id-deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg ċaħdet illi kellha salarju ta’ ħamsin elf ewro fis-sena meta kienet taħdem mal-midja Nazzjonalista, il-Medialink.
Dan stqarritu Claudette Buttigieg permezz tal-avukat tagħha, fi dritt ta’ risposta li qed inxandru b’rabta ma’ servizz li xandarna dwar dak li staqsa partitarju Nazzjonalist.
Fuq facebook, dan il-partitjarju staqsa lil Claudette Buttigieg, jekk tiċħadx li kellha salarju ta’ ħamsin elf ewro fis-sena.
Fid-dritt ta’ risposta, Buttigieg tqis dawn l-allegazzjonijiet bħala infondati u malafamanti fil-konfront tagħha.