Għal darb’oħra, bl-opinjoni tagħha fuq The Malta Independent, ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg uriet li fis-settur li hi responsabbli għalih, ma tafx x’inhi tgħid.
Il-Kelliema għas-Saħħa tal-Oppożizzjoni llum qalet li l-post ta’ pediatric surgeon fl-isptar Mater Dei tħalla vakant apposta, wara li r-riżenja minn din il-pożizzjoni il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta daħal fil-kabinett.
Il-verità hi li immedjatament wara li Chris Fearne kien ħa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari fl-2014, il-post tiegħu imtela’ minn kirurgu ieħor.
Wara li issa skada l-kuntratt tat-tieni kirurgu tat-tfal f’Mater Dei, sejħa għall-pożizzjoni ta’ Consultat Paediatric Surgeon ġiet ippubblikata fid-9 ta’ Diċembru 2016. Il-fatti għalhekk juru illi Claudette Buttigieg għal darb’oħra ma tafx x’inhi tgħid. Iżda mhux fuq hekk biss ma tafx x’inhi tgħid l-Onorevoli Buttigieg.
Fil-fatt illum l-Onorevoli Buttigieg ikkritikat miżura li saret biex propju ssolvi d-diskrepenzi li kienu nħolqu bejn il-persuni dijabetiċi li qegħdin fuq il-kartuna r-roża u dawk li qegħdin fuq il-kartuna s-safra, wara Avviż Legali ppubblikat minn Gvern Nazzjonalista fl-2012.
Mill-bidu ta’ Jannar ta’ din is-sena, id-dijabetiċi kollha fuq il-kartuna s-safra mhux biss qegħdin igawdu minn mediċini ġodda li qatt ma ġew imdaħħla minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti iżda qegħdin jibbenefikaw ukoll minn għadd ta’ benefiċċji li qabel kienu fuq il-kartuna r-roża, bħal dentatura, nuċċali u antibijotiċi fost oħrajn.