Wara d-deputat Robert Arrigo issa kien imiss lid-deputat Claudette Buttigieg li tgħamel appell pubbliku biex Simon Busuttil jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista wara li fit-3 ta’ Ġunju l-Partit Nazzjonalista sofra telfa kbira.
Fil-Partit Nazzjonalista saret manuvra biex it-tellieqa ta’ Kap tieħu ftit taż-żmien mhux ħażin u f’dan il-perjodu mistennija jissoktaw l-appelli biex Busuttil jibqa’, anke jekk Roberta Metsola qed tkun ippożizzjonata bħala l-kandidat tal-establishment f’każ li Busuttil iżomm mal-kelma li jitlaq.
F’The Malta Independent kitbet Claudette Buttigieg. Qalet li Simon Busuttul ġabar il-biċċiet u għaqqadhom flimkien.
“Irnexxielu jagħmel dak li kien immaġinabbli wara t-telfa tal-elfejn u tlettax,” qalet Buttigieg dwar ir-rekord ta’ Busuttil bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Naturalment, kellha tammetti li dak li sar zgur ma kienx biżżejjed u staqsit il-mistoqsija:
“Huwa Simon Busuttil li jaħti għal dan?”
Buttigieg kellha risposta ċara. “Assolutament Le.”
Kien hawn li ddikjarat li hi temmen li mgħandux jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu.
Qalet li mhemm ħadd fil-Partit Nazzjonalista li jista’ jieħu post Simon Busuttil li tgħid li ħassitha privileġjata taħdem miegħu.
Finalmenet, biex targumenta li għandu jibqa’ kap qalet “Għadu ma spiċċax dak li beda,” qalet Buttigieg.