“Jien naħseb li wasal iż-żmien li ngħidu, isma’ jekk kienet xi ħaġa tradizzjonali tajba. Ommi kienet taħsel b’idejha. Ma jfissirx li baqgħet taħsel b’idejha issa. Qabel konna nsajru bil-kenur, jiġifieri bil-ħatab. Aħna meta konna ngħixu fl-għerien, aħna ma nafx x’konna nagħmlu, imma ma bqajniex. Naħseb li wasal il-mument li l-kaċċa, jiġifieri l-qtil tal-għasafar proprju hija xi ħaġa diżumana kważi.”
Dan hu l-Partit Nazzjonalista, bid-Deputat tiegħu Albert Buttigieg jitkellem kontra l-kaċċa.
Mistoqsi issa waqt kampanja elettorali dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa, l-istess Buttigieg kien skomdu u qalilna biex nistaqsuh dak li jixtieq hu u mhux dwar il-kaċċa.
Ġurnalista: “Tista’ tgħidli jekk għadekx kontra l-kaċċa fi żmien ir-rebbiegħa.”
Buttigieg: “Dan mhuwiex is-suġġett li qegħdin nitkellmu, hawnhekk qed nitkellmu fuq il-kunsilli lokali. Naħseb li l-kwistjoni tal-kaċċa m’għandhiex tiġi diskussa.”
Albert Buttigieg ilu jikteb u jitkellem saħansitra fil-Parlament kontra l-kaċċa, tant li kien uża l-ewwel diskors tiegħu fl-ogħla istituzzjoni biex jattakka l-kaċċa.
Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu anke qabbel il-kaċċa mal-ħajja fl-għerien.
Dan kompla jisħqu fi żmien li l-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Clint Camilleri, qed jiddefendi fil-Qorti Ewropea fil-Lussemburgu lin-nassaba għal applikazzjoni ta’ deroga fuq għasafar tal-għana.