Il-kumpanija Busy Bee ħabbret investiment ta’ €6 miljun f’fabbrika ġdida state of the art f’żona industrijal tal-Imrieħel.
Permezz ta’ dan l-investiment, il-kumpanija Busy Bee se tkun qed timpjega aktar minn 70 ħaddiem biex iżżid mal-150 impjegat eżistenti.
Sabiex eventwalment l-kumpanija Busy Bee tibda tħaddem ‘il fuq minn 220 impjegat.
Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li l-avveniment tal-illum huwa ċelebrazzjoni għall-ekonomija Maltija. Irringrazzja lill-kumpanija Busy Bee talli qed tibgħat messaġġ b’saħtu ta’ fiduċja fil-ħiliet Maltin, fil-kapaċità tas-suq lokali kif ukoll fid-direzzjoni ekonomija ta’ pajjiżna.