Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal fil-Parlament li kien Simon Busuttil, bħala Kap tal-Oppożizzjoni, li naqas li jinnomina persuna biex il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni tkun tista’ taħdem.
Il-Gvern Laburista dejjem ra kif għamel biex din topera mingħajr diffikultà.
Busuttil qal li l-Kummissjoni Ewropea llum ħarġet rapport li fih talbet lill-Gvern Malti biex iżid fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni. Huwa staqsa x’inhija r-reazzjoni tal-Ministru Bonnici għal dan ir-rapport.
Dr Bonnici fakkar li huwa kien il-Ministru li ppilota liġi li biha l-Gvern laburista neħħa l-preskrizzjoni minn reati ta’ korruzzjoni magħmula mill-politiċi. Din tfisser li politiku, jekk illum jagħmel reat ta’ koruzzjoni, jibqa’ responsabbli tiegħu għomru kollu, anke jekk ma jibqax fil-parlament.
Huwa qal li l-glieda kontra l-korruzzjoni hija xi ħaġa li hija mportanti li nkomplu niġġieldu, kwalunkwe ħażin jiġi minn fejn jiġi.
Il-Ministru Bonnici qal li l-Gvern se jkompli jsaħħaħ il-qasam tal-ġustizzja biex ikollna aktar tisħiħ ta’ governenza tajba u tisħiħ tas-saltna tad-dritt.