Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li mhu se jieħu ebda passi fil-konfront tad-deputat Toni Bezzina sakemm jinqata’ l-appell.
Simon Busuttil ikkonferma dan meta wieġeb domandi ta’ ġurnalisti indipendenti fi tmiem żjara li għamel dalgħodu.
Ilbieraħ il-qorti kkonfermat li Toni Bezzina bagħat ħaddiema jagħmlu xogħol fil-każin nazzjonalista taż-Żurrieq u saħansitra talabhom jiffirmaw dikjarazzjoni falza.
Bil-għan li jirbħu iktar ħin Toni Bezzina kien imġiegħel jappella, biex hekk Simon Busuttil jista’ jgħid li se jistenna l-eżitu tal-appell.
https://www.youtube.com/watch?v=Nf4X0-g6z44
Mistoqsi jikkundannax l-aġir ta’ Tony Bezzina, Simon Busuttil ma felaħx jibqa’ quddiem il-ġurnalisti.
https://www.youtube.com/watch?v=0WS1bcchJV4
REAZZJONI PARTIT LABURISTA
Il-Partit Laburista rreaġixxa u qal li l-ewwel darba li l-Kap tal-Oppożizzjoni lissen kelma minn meta l-Qorti tat is-sentenza tagħha lbieraħ filgħodu dwar il-każ Toni Bezzina, huwa ddefenda lid-Deputat tiegħu.
“Aktar minn hekk qal li huwa mhux ser jieħu azzjoni fil-konfont tiegħu sakemm jinqata’ l-appell. Dan huwa test ieħor, li kif previst, Simon Busuttil falla, hekk kif minkejja li jitkellem ħafna fuq ħaddieħor, huwa dgħajjef fil-konfront ta’ dawk ta’ madwaru. Għal Simon Busuttil is-sentenza tal-Qorti tal-bieraħ, li kkonfermat il-fatti kollha tal-każ, ma jfissru xejn u għalih huma aċċettabbli,” qal il-Partit Laburista.
Żied li lil Busuttil ħadd mhu qed jieħdu bis-serjetà, mhux biss għax qas jemmen lil kliemu stess, imma għax f’każijiet oħra ta’ Deputati Nazzjonalisti stess, bħal Giovanna Debono, ma kienx hemm stennija sakemm jinqata’ l-każ. Busuttil iddeċieda wkoll qabel il-kawża fil-konfront tal-eks-Sindku tar-Rabat Għawdex u ried jieħu azzjoni fuq Owen Bonnici fuq inċident sfortunat. Imma fuq Toni Bezzina ma jagħmel xejn.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu double standards anke f’dawk ta’ madwaru, aħseb u ara mal-poplu.
AQRA WKOLL: ‘Kaxkruh’ jiffirma li ried Bezzina wara l-funeral ta’ ommu