Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qal li se jkun qed ineħħi lil l-Professur Joe Bannister li għal dawn l-aħħar snin mexxa l-Malta Financial Services Authority (MFSA).
B’hekk Joe Bannister jingħaqad fil-lista ta’ persuni li jekk kemm – il darba Simon Busuttil jsir Prim Ministru jkunu qed jitneħħew mill-impjieg tagħhom.
Lill-Professur Bannister ħatruh fit-tmexxija tal-MFSA il-Prim Ministri Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Joseph Muscat.
Iżda Simon Busuttil qal li la jsir Prim Ministru hu Bannister għandu jirriżenja biex minfloku jaħtar lil xi ħadd ieħor li jrid hu.
Intant, waqt li preżenta l-proposti costed tal-Partit Laburista għas-settur ekonomiku, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Bannister innifsu kellmu dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira, wara li għal snin twal ta servizz tajjeb lill-MFSA. Dan ikun pass naturali għal Bannister, pass meħud minnu stess, u bogħod ferm mit-tonalità u l-intenzjoni ta’ Busuttil.