F’attività tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema, li għaliha n-nies twasslu bil-private, il-pass tal-Oppożizzjoni tħabbar li nhar il-Ħadd li ġej se jorganizza demostrazzjoni. Dan għax skond hu f’Malta hawn theddida għad-demokrazija.
Dak li ħabbar Simon Busuttil jikkonferma dak żvelat fl-aħħar jiem li l-protesta tal-lum, hija biss waħda minn sensiela.
Fid-diskors tiegħu Simon Busuttil iddefenda kemm felaħ l-aġir tal-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia. Filwaqt li baqa’ għaddej bil-kampanja tiegħu li jipprova jgħid li f’pajjiżna hawn biss korruzzjoni. Ironikament dan fl-istess jum li stħarriġ tal-Malta Today wera li l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat hu l-iktar mexxej politiku fdat f’pajjiżna biex jiġġieled il-korruzzjoni.