Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, mar bl-allegazzjonijiet li għamel ilbieraħ fil-konfront ta’ Keith Schembri għand il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed imexxi l-inkjesta dwar Egrant.
Simon Busuttil kien diġa’ għamel dan b’allegazzjonijiet oħra fil-konfront ta’ Keith Schembri u wara analiżi bir-reqqa l-Maġistrat Aaron Bugeja bagħtu ‘l hemm u saħansitra inħatret maġistrat oħra biex tmexxi inkjesta ġdida.
Minflok mar għandha, Simon Busuttil, reġa’ mar għand Aron Bugeja bil-ġurnalisti staqsew kif seta’ jagħmel dan ladarba l-Maġistrat Bugeja diġa’ bagħtu ‘l hemm darba. F’risposta dgħajfa simon Busuttil qal li mar għand il-Maġistrat Aaron Bugeja għaliex għandu kien mar l-ewwel darba.