Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal preċiżament dak li one.com.mt qal li se jgħid siegħa qabel id-diskors tiegħu. Dan meta kien ippubblikat b’mod sħiħ il-kontenut tal-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara leak minn fost dawk li huma l-iktar qrib tiegħu fid-Dar Ċentrali.
Biex b’hekk il-kampanja elettorali ta’ Busuttil baqgħet tieħu d-daqqiet sal-aħħar b’dak li żvela one.com.mt juri inkwiet kbir fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista u fost it-tim li jkun fit-tmexxija tal-pajjiż jekk il-poplu s-Sibt jagħżel lil Simon Busuttil.
Araw hawn id-dettalji ta’ dak żvelat
Intant, il-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Fosos tal-Furjana kien indirizzat mill-Kap ta’ ma Simon Busuttil, Marlene Farrugia. Spikka it-tgħajjir ta’ Marlene Farrugia lejn il-Prim Ministru fejn sejjħitlu buffu u giddieb. Filwaqt li qalet li nhar il-Ħadd se jkunu qed jiċċelebraw ir-rebħa .