Ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni għal aħbar li l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li tipposponi d-deċiżjoni dwar il-liċenzji tal-fish farms, tikkonferma mhux biss li l-istess Busuttil qed jiddefendi lil min iniġġeż, iżda li agħar minn hekk, qed jaħdem kontra l-interess tan-nies.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li din hija konferma ta’ kemm Simon Busuttil huwa parti mill-elite. Il-Partit Laburista spjega li fuq din il-kwistjoni, huwa ċar li min-naħa hemm Gvern li jieħu azzjoni u Oppożizzjoni, immexxija minn Simon Busuttil li mhux biss titkellem biss, iżda agħar minn hekk tħalli għall-aħħar l-interess tan-nies, imbagħad bil-wiċċ kollu jrid li xi ħadd jemmnu fuq l-ambjent.