Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil qal li mhux xogħlu jgħid kif se jirrevedi l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.
Għal snin twal Simon Busuttil tkellem kontra dan il-programm iżda issa qed jgħid li jżommu u jirrevedih. Dan anke għax hemm esponenti viċin il-Partit Nazzjonalista li qed jaqilgħu l-flus minnu.
Ladarba qed jgħid li se jżommu tlabna d-dettalji. Iżda, qalilna mhux bicca xogħol tiegħu.
“Mhux xogħli li nirrevediha. Inqabbad l-esperti li jifhmu u jtuni rakkomdazzjoni,” qal Simon Busuttil biex għal darb oħra naqas li jagħti dettalji dwar dak li qed iwiegħed.