Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kien ċar xejn meta mistoqsi jekk jaċċettax ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali u attakka l-Kummissjoni Elettorali preżenti u dik ta’ qabilha. Mistoqsi minn Reno Bugeja jekk jaċċettax ir-riżultat tal-elezzjoni qal: “nittama li iva.” Imbagħad għamel allegazzjonijiet saħansitra anke fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali preċedenti li skont hu mal-bidla fil-gvern bdiet ixxaqleb lejn il-labour.
F’Dissett kien mistoqsi wkoll dwar l-allegazzjonijiet li għamel dwar Egrant u l-Prim Ministru u mistoqsi jekk jerfax ir-responsabbiltà jekk jirriżulta li gidba kien ċar li le. Dan kif jidher fil-filmat.