Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, u l-Partit Nazzjonalista ma laqgħux l-isfida tal-Prim Ministru; dik li dwar l-aħħar skema ta’ frodi mill-Partit Nazzjonalista jitolbu investigazzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej.
Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, rreaġixxew bi stqarrija wara sigħat għal dak li żvelat il-gazzetta KullĦadd dalgħodu b’aħbar “Il-PN b’iktar frodi.”
Iżda, imkien ma’ ċaħdu dak żvelat mill-KullĦadd li l-uffiċini tagħhom jinsabu fid-Dar Ċentrali. Xi ħaġa li hija l-bażi ta’ dak ippubblikat mill-KullĦadd li dan kollu qed isir kontra r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Regolamenti li kienu ppubblikati.
Fil-fatt, il-Prim Ministru tkellem dwar dan il-każ serju meta fid-diskors politiku tiegħu f’Għawdex sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni, biex bħal meta kien hemm allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u talab inkjesta, u jitlob investigazzjoni fuq livell Ewropew.
Fl-istqarrijiet tagħhom David Casa, Therese Commodini Cachia u Roberta Metsola qalu li qed iżommu livelli ta’ trasparenza. Iżda mkien ma’ ċaħdu l-bażi tal-istorja dik li qed jgħaddu flus lill-Partit Nazzjonalista.
Fil-fatt id-dokumenti li ppubblikaw u li jgħidu li l-Awdituri ċċertifikaw il-kontijiet tagħhom ma jmeru bl-ebda mod il-fatti tal-istorja.
Dik li l-MEPs tal-PN jużaw id-Dar Ċentrali u jiffinanzjaw b’mod indirett lill-Partit Nazzjonalista kif ma jistgħux jagħmlu skont ir-regoli Ewropej. Għalhekk Frodi.
Kif taħdem il-Frodi PN: