Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma weġibx għall-mistoqsija ta’ ONE NEWS dwar jekk Membri tal-Parlament Ewropew minn tiegħu jħaddmux membri tal-familja fl-uffiċċju tagħhom.
Mistoqsi f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha qal li Gvern ġdid ma jaċċettax li jkunu impjegati qraba fil-ministeri, Busuttil kien mistoqsi b’mod dirett dwar jekk għandux MEPs li jiksru dan il-prinċipju.
Simon Busuttil injora għal kollox din il-mistoqsija.