L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ra l-applikazzjoni tiegħu għall-posizzjoni ta’ Direttur fi ħdan l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil, rrifjutata.
Irrapurtat dan il-gażżetta MaltaToday hekk kif sorsi qalu li Busuttil applika għall-kariga, sena wara li telaq mit-tmun tal-Partit Nazzjonalista.
Kariga b’salarju ta’ madwar €168,000 fis-sena u li toffri għażla li x-xogħol isir kemm f’Malta u anke f’Ateni fil-Greċja.
Simon Busuttil applika għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv wara li Jose Carreira rriżenja f’Ġunju tas-sena l-oħra wara allegazzjonijiet ta’ fastidju fuq ħaddiema fi ħdan l agenzija u investigazzjoni mill-Uffiċju kontra l-frodi l-OLAF.
Il-gażżetta rrapurtat kif Busuttil għamilha mal-ewwel grupp ta’ applikanti madankollu jidher li falla milli jikklassifika mal-aħħar grupp.
Il gazzetta qalet Li din l-applikazzjoni turi li Simon Busuttil jrid johrog mix-xena politika f’pajjiżna, speċjalment wara t-telfa elettorali tal-2016 u kampanja mibnija fuq allegazzjonijiet foloz fil konfront tal prim ministru joseph muscat.
Allegazzjonijiet li sfaw fix-xejn wara li inkjesta maġisterjali indipendenti kkonfermat li dawn mhux biss kienu foloz izda iffabbrikati.