Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qal lill-attivisti li r-riżultat elettorali ma kienx mixtieq u mistenni.
Saħaq li r-riżultat għandu jkun rispetat u tenna li m’hemm ebda evidenza li l-proċess elettorali ma kienx wieħed tajjeb.
Qal li t-telfa ma tfissirx li hemm min għandu raġun u min le u tenna li l-messaġġ tiegħu hu “dak li emminna fih għadna nemmnu fih. Dak li emminna fih għadu tajjeb u validu.”
“Ara ma naħsbux li dak li emmina fih għax m’hemmx maġġoranza warajh għandna narmuh,” qal Busuttil li tenna li l-partitarji għandhom jibqgħu kburin.
Busuttil reġa’ tenna li hu “onest.” Quddiem xi partitarji bid-dmugħ f’għajnejhom Busuttil qal: “Kunu kburin.”
“Irridkom tkunu kburin li intom Nazzjonalisti,” qal Simon Busuttil.