Simon Busuttil għadu kemm inkixef waħdu dwar il-Viċi Kap tiegħu, Mario De Marco.
Iffaċjat mill-Prim Ministru waqt Xarabank ilbieraħ, Simon Busuttil irreċta li hu sporpriż meta mistoqsi fuq il-kumpanija tal-Viċi Kap f’Ċipru. Minflok spjega jew provda dettalji dwar din il-kumpanija barra l-pajjiż, Busuttil ċaħad għal kollox li teżisti, u minflok infexx f’attakki fuq il-Prim Ministru.
Ftit tal-minuti ilu waqt konferenza tal-aħbarijiet, mera lilu nnifsu kompletament, u kellu jammetti dwar De Marco u l- kumpanija…imma skont hu kollox sew, għax iddikjaraha.
Biex f’temp ta’ ftit sigħat kellu jibla’ kliemu u jmeri lilu nnifsu. Illum ukoll, Busuttil ma provda ebda dettalji dwar din il-kumpanija u l-involviment ta’ De Marco.