L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil intefa’ b’ruħu u b’ġismu fil-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech u wara li l-ġimgħa l-oħra mar mal-Kap taħt it-tinda, fl-aħħar jiem mar jitkellem favur il-perċimess tal-Blue Heroes, Jason Azzopardi.
Anki jekk għamel indirizz qasir, kien negattiv u b’messaġġ sinonimu tal-2017 u li qed juża wkoll Bernard Grech.
Qal, “Intkom indiċenti. Issa daqshekk veru. Issa qażżistu veru lil kulħadd.”
Ma naqasx li bħal Bernard Grech, Simon Busuttil attakka lil Malta.
Qal, “Ġabuh minn pajjiż normali għal pajjiż maverick illi ma tistax tafdah.”
Għaċ-ċapċip tas-sostenituri ta’ Jason Azzopardi, l-eks Kap Nazzjonalista talab lin-Nazzjonalisti biex jagħtu l-appoġġ lil Azzopardi.
Qal, “Ivvutaw lil Jason għax huwa fl-interess tagħna u fl-interess ta’ pajjiżna.”