Simon Busuttil qal li jrid jibda proċess biex jieħu ‘stock tar-riżultat’ u tenna li l-ewwel li għandu jsir hu li tinħatar tmexxija ġdida. “Nerfa’ r-responsabbiltà u nemmen li l-partit għandu jagħżel kap ġdid,” qal Simon Busuttil.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li waqt il-kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jwassal messaġġ ta’ tama u qal li hu kburi bil-messaġġ li wassal il-Partit Nazzjonalista.
“Dak li bdejna. Dak li emminna fih, jibqa’ validu. Fl-aħħar ġimgħat ħloqna xi ħaġa speċjali. Numru kbir ta’ nies bdew iħossuhom parti mill-kawża tagħna. Xegħelna fjamma,” qal Simon Busuttil.