L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil irrifjuta li jixhed fil-qorti meta mistoqsi dwar il-kumpanija 17 Black.
Fil-qorti, il-Ħamis filgħodu komplew il-proċeduri ta’ libell li fetaħ ic-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri fil-konfront ta’ Simon Busuttil.
L-avukati ta’ Keith Schembri talbu sabiex qabel ma jitkompla l-kontro-ezami ta’ Schembri, jitla’ jixhed Simon Busuttil u jgħid kif u meta sar jaf bil-kumpanija 17 Black.
L-Avukat ta’ Simon Busuttil, Peter Fenech oġġezzjona għat-talba tal-avukati ta’ Keith Schembri. B’Simon Busuttil irrifjuta li jitla’ jixhed fuq il-pedana tax-xhieda dwar il-kumpanija 17 black u jikkonferma bil-ġuramnet l-allegazzjoni ta’ korruzzjoni fil-konfront tas-Sur Schembri.
Il-każ se jitkompla fis-sebgħa ta’ Marzu, fejn il-Maġistrat Francesco Depasquale mistenni jiddeċiedi dwar it-talba ta’ Keith Schembri, u jgħid jekk Simon Busuttil għandux jixhed dwar il-kumpanija 17 black.
Għal Keith Schembri dehru l-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.
Ġimagħtejn ilu, il-qorti kriminali ċaħdet it-talba ta’ Simon Busuttil biex ikunu investigati numru ta’ persuni fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u c-chief of staff Keith Schembri.
L-Imħallef Giovanni Grixti, sab li r-rikors li ressaq Busuttil kien biss il-fehma tiegħu u fin-nuqqas ta’ provi kien deskritt bħala li “jikkwalifika għal spekulazzjoni.