L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil rrepeta fil-Parlament diversi allegazzjonijiet ffabbrikati fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona, l-istess fabbrikazzjonijet li ġew miċħuda minn żewġ ġurnali indipendenti fl-aħħar ġimgħat.
Fil-Parlament, Busuttil żied jgħid li l-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex tiġi mxekkla l-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan meta f’anqas minn ħamsin jum il-Pulizija Maltija arrestat u xliet tliet persuni bil-qtil tagħha.
Busuttil li f’Lulju li għadda ntalab mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jerfa’ r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet politiċi li ħa b’rabta mal-każ Egrant u jissospendi lilu nnifsu mill-partit, irrepeta li l-kumpanija hija tal-Prim Ministru.
Dan meta l-inkjesta Egrant mhux biss eżonerat għalkollox lill-Prim Ministru iżda sabet li sar frame up fuqu u familtu permezz ta’ dokumenti foloz.