Il-kap caretaker tal-Partit Nazzjonalista nsista li Adrian Delia għandu jirtira l-kandidatura tiegħu. Dan “in vista tas-serjetà u l-gravità li sab il-kumitat ta’ etika biex min jeddu jirtira l-kandidatura tiegħu.”
Simon Busuttil qal li kieku kien hu u kien jirtira l-kandidatura. “Peró aħna nħallu l-aħħar kelma f’idejn il-kunsillieri għax nirrispettaw bis-sħiħ l-intelliġenza tagħhom,” qal Simon Busuttil hu u ħiereġ mid-Dar Ċentrali.
Meta rreaġixxa għal dan il-kumment waqt Pjazza fuq ONE, Adrian Delia qal li “interessanti kif Simon Busuttil spiċċa kellu jitkellem fuq ONE u mhux fuq in-NET.” Delia staqsa f’liema rwol tkellem Simon Busuttil għax hu mhux il-President tal-Kunsill Amministrattiv.