Fi żjara f’Palumbo l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ma lissinx kelma waħda dwar it-tħassib tar-residenti tal-madwar minħabba l-operat tal-istess tarzna.
Tant li fl-aħħar ġimgħat u xhur ħarġu persuni ipprotestaw u l-awtoritajiet kompetenti ħadu diversi azzjonijiet. Fosthom minħabba grit blasting b’effetti fuq ir-residenti. Staqsejna dwar hekk u l-uniku reazzjoni ta’ Busuttil kienet li rridu t-tarzna tgħalaq.
Ir-residenti saħansitra marru l-qorti minħabba l-istorbju. Iżda, Simon Busuttil ħassu onorat b’din iż-żjara. Żjara fil-kumpanija li ħadet post it-tarzna li falliet fi żmien gvern nazzjonalista bl-eks Ministru Austin Gatt il-moħħ wara l-proċess ta’ privatizazzjoni li wassal għall-miġja ta’ Palumbo f’Malta.
L-uniku konsolazzjoni ta’ Simon Busuttil għar-residenti hi li l-kumpanija tista’ tinvesti fi proċeduri li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent.