Simon Busuttil dalgħodu kellu jikkonferma li l-kważa tax-Shell inqagħtat fl-2013. Jiġifieri meta kien Viċi Kap tal-PN.
Ilbieraħ Joseph Muscat iffaċja lil Simon Busuttil fuq commissions li ħa minn ftehim marbut mal-iskandlu taż-żejt. Iffaċjat b’dan kemm ilbieraħ u kemm dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet, Busuttil ma ċaħadx li daħħal flus fil-but. Anzi, kkonferma li ħadhom meta kien Viċi Kap tal-PN.
Joseph Muscat affaċja lil Busuttil dwar każ li kien ilu disa’ snin il-Qorti, u li,nqata’ b’kumpens mill-kabinett ta’ Lawrence Gonzi, malli Simon Busuttil sar Viċi-Kap. Tax-Shell ħadu €5 miljun għax kienu żvantaġġjati fil-mod kif jinxtara ż-żejt f’dak li hu l-ikbar skandlu fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Mill-ħames miljuni li ħadu x-Shell, Simon Busuttil gawda bil-commission.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1488490664536018/