Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ għaddej bid-difiża tiegħu tal-eks-Ministru responsabbli mil-lands Jason Azzopardi li l-Awditur Ġenerali qal fir-rapport tiegħu li huwa għandu jerfa’ r-responsabiltà politika.
F’dan l-iskandlu, qal il-PL, l-Ministru responsabbli mil-Lands Jason Azzopardi, kellu żewġ laqgħat, l-ewwel mal-Marsovin sabiex titneħħa l-kundizzjoni ta’ birrerija biex l-art tkun tista’ tinxtara minn Żaren Vassalo kif maqbul f’konvenju bejn iż-żewġ kumpaniji u t-tieni fejn il-Ministru responsabbli, li Tonio Fenech stess qed jikkonferma li kien Azzopardi għax ma kienx hu, iltaqa’ ma’ Vassallo u wegħdu kompromess sabiex art ta’ €8miljuni, tħallsu għaliha €700,000 biss.
Fl-istqarrija l-PL qal li dan kollu huwa ssosstanzjat minn xhieda ġuramentata fil-Qorti li Azzopardi għadu ma qalx jekk hux se jagħmel libell jew isejjaħ każ ta’ sperġur fuqha.
Simon Busuttil ma jistax jibqa’ jinjora rapport tal-Awditur Ġenerali daqshekk skjett, temm jgħid hekk il-Partit Laburista.