Il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ għażel li ma jistedinx ġurnalisti għal-laqgħat li għamel fid-Dar Ċentrali u li s-soltu jagħmel stediniet għalihom. Din il-ġimgħa diġà għamilha darbtejn meta ltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ sportivi u persuni li jaħdmu fil-qasam tad-diabete.
Is-soltu Busuttil jistieden il-media għall-ewwel ftit minuti ta’ laqgħat ta’ dan it-tip iżda minn meta faqqa l-iskandlu Pagi PN l-anqas dan m’għadu jagħmel, għax ma jridx li jerġa’ jiġrilu bħalma ġralu fil-każ ta’ meta ltaqa’ ma’ Claudia Fianello u l-ġurnalisti talbu li jibqgħu jistennew biex jistaqsu dwar l-iskandlu PAGI PN.
L-uniku stedina għall-ġurnalisti kienet biex jisimugħ fid-diskors li se jagħmel f’każin tal-Partit Nazzjonalista.